Kristianne titlob skuża lil Valentina

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Kristianne titlob skuża lil Valentina. Iżda ta’ xiex u x’talbitha tagħmel?

Se naraw ukoll lil Adam jitkellem ma’ ommu meta jmur id-dar. X’se tkun qegħda tgħidlu hi l-atteġġament ta’ Chiara?

Elizabeth tmur għand Etienne. Se narawha taqralu xi ħaġa minn fuq pitazz li sabet. X’relazzjoni kellu ma’ Carmen?

Intant se niskopru li Winnie tixtieq tippubblika ktieb. Iżda x’inhu jiġri dwaru?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar esklussivament fuq Melita More mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm. Għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.