Krema bil-Mandolina u l-Ġeli

Riċetta ta' Anton B. Dougall
Din id-deżerta trid titkessaħ sew qabel ma sserviha.
Ingredjenti:

  • 600ml ħalib
  • 150g zokkor
  • 40g cornflour
  • Isfar ta’ bajda
  • Essenza tal-vanilla
  • Ftit Maraschino
  • Flieli ta’ mandolina
  • Ġeli tal-frawli

Metodu:
1. Dewweb il-jelly bi ftit misħun u ilma. Poggi ftit ġo tazza li tkun se sservi fiha. Il-bqija qegħdu ġo dixx u poġġih fil-fridge biex jaqgħad ftit. Qabel ma ddaħħlu fil-fridge trid tkun żgur li l-jelly kesħet.
2. Għamel żewġ flieli mandolina fuq il-jelly li jkun hemm fit-tazza.
3. Ġo kazzola poġġi l-ħalib flimkien maz-zokkor u l-essenza tal-vanilja. Neħħi ftit mil-ħalib u għamlu ġo bieqja żghira. Qiegħed il-kazzola fuq in-nar sakemm tiftaħ tagħli. Trid tagħmel attenzjoni biex il-ħalib ma jagħlix u jfur. Għalhekk kulltant trid taħawwdu.
4. Sadanittant mal-ħalib li jkollok fil-biejqa żid l-isfar tal-bajda u l-cornflour. Ħawwad tajjeb biex il-cornflour idub.
5. Meta t-taħlita tiftaħ tagħli neħħi l-kazzola minn fuq in-nar u żid magħha il-ħalib bil-cornflour. Erġa qiegħed il-kazzola fuq nar baxx u ħawwad il-ħin kollu sakemm it-taħlita tibda taqgħad. Il-krema ma trid tiġi maqgħuda ħafna.
6. Neħħi minn fuq in-nar u żid il-Maraschino. Ħawwad tajjeb.
7. Meta l-jelly li jkun hemm fit-tazza tkun għaqdet, żid ftit minn din il-krema. Fuqha poġġi xi flieli tal-mandolina u erġa għamel ftit krema. Poġġiha fil-fridge.
8. Ftit qabel ma sserviha fil-wiċċ għamel xi ftit mil-jelly li tkun għamilt fid-dixx.
9. Din id-deżerta trid titkessaħ sew qabel ma sserviha.

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK