​Kowċ tieħu n-nar fin-Naxxar

Kowċ privata ħadet in-nar fin-Naxxar.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ, u li abbord il-kowċ ma kien hemm l-ebda passiġġier.
Il-kowċ ħadet in-nar tard waranofsinhar fit-telgħa li tagħti għall-Higher Secondary.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Pulizija marru fuq il-post.