Kowċ ġdid għat-tim tal-Belt

Il-klabb ta’ Valletta ħabbru li Darren Abdilla se jkun il-kowċ il-ġdid tat-tim tal-irġiel. Huwa ffirma kuntratt ma’ Valletta sal-aħħar tas-season tal-2021/2022. Abdilla kien strumentali għal Gżira FC hekk kif għenhom jagħmlu progress kbir.

Din l-aħbar tħabbret ilbieraħ filgħaxija fuq il-paġna tal-midja ta’ Valletta Football Club.

Din is-sena Valletta rebħu l-25 kampjonat fl-istorja tagħhom wara logħba missielta kontra Hibs.