Kovacic jinsab fi triqtu lejn Manchester United?

kovacic1

Jose Mourinho jemmen li hemm bżonn li t-tim tiegħu jissaħħaħ f’nofs il-grawnd u b’hekk jixtieq li Matteo Kovacic jingħaqad ma’ Manchester United mingħand Real Madrid. Skont Don Balon, il-plejer ta’ 24 sena huwa mistenni li jiswa lir-Red Devils €50 miljun.

Kovacic ingħaqad mat-tim Spanjol mingħand Inter Milan iżda naqas milli jirbaħ post fiss mal-ewwel ħdax. Il-Kroat lagħab biss 21 darba fi staġun li kien ta’ suċċess għal Real Madrid hekk kif kellu jegħleb il-konkorrenza tal-kompatrijott Luka Modric, ta’ Toni Kroos u ta’ Casemiro.

Il-midfielder, li bħalissa qed jipprepara sabiex jaffronta lid-Danimarka fil-logħba tat-Tazza tad-Dinja ta’ nhar il-Ħadd, stqarr li n-nuqqas ta’ okkażjonijiet ta’ logħob jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-iżvilupp tiegħu. Mourinho ser ikollu jikkompeti ma’ klabbs Ewropej oħra, fosthom Tottenham, Inter Milan, Juventus u Roma, li huma kollha interessati f’Kovacic.

Miġjub lilek minn Hublot