Kotba miktuba mit-tfal isibu ruħhom fil-Palazz ta’ San Anton

Ftit tal-jiem ilu l-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca laqgħet grupp ta’ studenti li jattendu l-iskola primarja tal-Belt Valletta, liema tagħmel parti mal-Kulleġġ San Ġorġ Preca.
Waqt din il-laqgħa, l-istudenti ppreżentaw għadd ta’ kotba miktubin u ddisinjati minnhom stess.
Dawn il-kotba ser jiżdiedu mal-kollezzjoni vasta li hemm fil-Librerija Anton Buttigieg, fil-Palazz ta’ Sant’ Anton.