Kostumi innovattivi għal tfal f’siġġu tar-roti

Omm ta’ tifel bi bżonnijiet speċjali fl-Amerka, qalet li meta binha ħareġ bħal kull tifel u tifla oħra jdur il-bibien fil-lokalità fejn jgħixu biex jiġbor il-ħelu fl-okkażjoni ta’ Halloween, tbikmet hekk kif binha spiċċa jħares lejn tfal oħra jiġru mingħajr ma biss jagħtu kasu hekk kif kien liebes kostum ta’ Hulk fis-siġġu tar-roti.

Is-sena ta’ wara, b’kunbinazzjoni f’wieħed mill-isptarijiet li marret b’binha għal xi kura, iltaqgħet ma’ grupp ta’ voluntiera li kienu qed jibdlu s-siġġijiet tar-roti ta’ tfal oħra f’kostumi brillanti. B’hekk dawn it-tfal setgħu igawdu din l-okkażjoni kif kien xieraq.

Hija qalet li dik is-sena, s-siġġu tar-roti ta’ binha ġie mibdul fil-karozza ta’ Batman filwaqt li t-tifel libes ta’ Batman innifsu u t-tfal li kien hemm iduru għall-ħelu ġġennu fuq il-kostum.