Kostas Manolas laħaq ftehim ma’ Napoli

Sky Sport Italia iddikjaraw li Kostas Manolas laħaq ftehim ma’ Napoli. Jista’ jagħti l-każ li Roma jaċċettaw skambju ta’ plejers aktar milli l-klawsola ta’ rilaxx ta’ €36 miljun. Id-difensur internazzjonali Grieg qed jingħad li jista’ jkun perfett biex jilgħab maġenb Kalidou Koulibaly. Fl-istess ħin, bil-kappaċita tiegħu jista’ jkun sostitut ideali għal Raul Albiol, li jrid imur lura għand Villarreal għal €6 miljun.

Skont l-aħħar rapporti, Manolas ikkonferma li jrid imur ma’ Napoli, għalhekk issa jonqos biss li ż-żewġ klabbs jiltaqgħu u jagħmlu l-ftehim.