Koscielny barra mit-Tazza tad-Dinja

Id-difensur Franċiż t’Arsenal Laurent Koscielny se jitlef l-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja li ħa ssir fir-Russja.
Dan wara li l-plejer ta’ 32 sena weġġa' fil-logħba tal-Europa League fejn Arsenal sfaw megħluba minn Atletico Madrid. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Franċiż Didier Deschamps stqarr li jinsab
ferm iddispjaċut għal Koscielny li kien mistenni jirtira minn ma’ Les Bleus wara tmiem il-kompetizzjoni fir-Russja. Id-difensur ċentrali, li ngħaqad m’ Arsenal fis-sajf tal-2010, se jitlef ukoll l-aħħar tliet logħbiet ta’ Arsene Wenger bħala kowċ tal-Gunners.