Korsijiet ta’ taħriġ għall-anzjani fiċ-ċentri ta’ matul il-jum

Iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani qed jinbidlu f’ċentri ta’ tagħlim tul il-ħajja għall-anzjani.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ippreżentat Prospett varjat u ddettaljat ta’ korsijiet li se jkunu qed isiru f’dawn iċ-ċentri.
Il-prospett jista’ jinkiseb miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Gvern u mis-sit elettroniku http://www.activeageing.gov.mt.
F’uħud miċ-ċentri se jsir tagħlim fuq Drawwiet u Użanzi Maltin, Veduti u Arti, Kreattività, is-Soċjetà Maltija, Aerobics, u se titkabbar siġra minn kull Ċentru ta’ Matul il-Jum.
Se jingħataw anke taħriġ fit-teknoloġija permezz tal-proġett Roadshow, b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni.

Ritratt: DOI – Martin Attard