Korsijiet ta’ 28 siegħa offruti mill-Università ta’ Malta

L-Università ta’ Malta qed toffri l-possibilità ta’ korsijiet ta’ perjodu ta’ żmien ta’ 28 siegħa mifruxin fuq 14-il ġimgħa.

Għal kull min jixtieq jistudja fuq perjodu ta’ żmien qasir l-Università qed toffri korsijiet fl-Arkeoloġija Maltija, fil-Ġografija, fil-Liġi, dwar Dante, fil-Psikoloġija, fl-Istorja tal-Arti, fl-Opra Russa, fit-Teknoloġija tal-Blokchain u f’suġġetti oħrajn.

Dawn il-korsijiet qed jitmexxew miċ-Ċentru għall-Arti u x-Xjenza Liberali tal-Università ta’ Malta.