Korsijiet informali fis-Sixth Form ta’ Għawdex

Minn Ottubru li ġej l-Istitut Sir M.A. Refalo f’Għawdex se jkun qed iwessa’ l-­kurrikulu edukattiv tiegħu b’introduzzjoni ta’ korsijiet informali ġodda u se jkunu kkredidati. L­għan ta’ dawn il-­korsijiet huwa li l-­istudenti jkollhom esperjenza edukattiva iktar olistika fis-soċjetà mgħaġġla li qed jgħixu fiha, fejn l-­avvanzi fit-­teknoloġija qed joffru sfidi ġodda.

Dan il­-kulleġġ se jkun qed iservi bħala tarġa biex l-­istudenti jkomplu l-­istudji tagħhom u jkollhom aċċess għall­-Università ta’ Malta. Dawn il­-korsijiet se jkunu offruti lill-­istudenti ‘l fuq minn 16­-il sena u se jkunu offruti lill-­pubbliku wkoll.

L­-għan ta’ dawn il-­korsijiet se jkun li jgħin lill-­applikanti jaffaċċjaw l-­isfidi li jiltaqgħu magħhom. Il­-programmi li se jiġu offruti huma varjati u approvati uffiċjalment u akkredidati mid-­DQSE b’MQF livell 3. Dawn il-­korsijiet se jservu wkoll bħala taħriġ għal dawk il-­ħaddiema fis-­settur pubbliku jew privat li huma interessati li jattendu bħala parti mill-­iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom.

Dawk l­-applikanti li huma interessati jistgħu jagħżlu minn disa’ korsijiet differenti informali, Auto CAD 2D; Basics of Entrepreneurship, Sustainability and Innovation; Laying the Foundations of Volleyball; Learning to Live Together in a Multicultural Society; Methods of Integrating Body and Mind; Mindfulness: Coping Under Pressure and Improving Quality of Life; Theatre and Performing Arts; Sustainable Development; Voluntary Work.

L-Istitut Sir Michelangelo Sixth Form se jkun qed jilqa’ l-­applikazzjonijiet bejn it­-Tnejn 29 ta’ Lulju , 2019 u l-­Ġimgħa 2 t’Awwissu 2019  bejn it-­8am u 12pm. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fis-­sit tal-­Istitut http://smarsf.skola.edu.mt/. Kull min jixtieq jista’ jikkuntattja lill-­Istitut fuq 25983950/8 jew permezz ta’ ittra elettronika fuq smarefalo.sixthform@ilearn.edu.mt jew il-paġni ta’ Facebook: Friends of the Gozo Sixth Form – Sir M. A. Refalo Sixth Form’s Alumni Society; Student Services – Sir M. A. Refalo Sixth Form, The Guidance Team.