Korsijiet ġodda mill-Istitut għall-Edukazzjoni

Numru ta’ korsijiet ġodda se jiġu offruti mill-Istitut għall-Edukazzjoni hekk kif inħareġ l-ewwel prospett. 
Diversi korsijiet se jkunu offruti li jibdew minn 1 ECTS sa oħrajn li jwasslu għal kwalifika ta’ 30 ECTS. Dawn ivarjaw minn MQF 4 sa 7. 
Il-korsijiet japplikaw kemm għall-edukaturi kif ukoll għal dawk li jixtiequ jidħlu fis-settur edukattiv. Il-korsijiet se jsiru wara l-ħin tal-iskola u se jinkludu sessjonijiet onlajn, oħrajn prattiċi kif ukoll hands-on. 
L-Istitut se jkun qed iżid iktar korsijiet speċifiċi kif ukoll oħrajn meħtieġa inklużi l-Baċellerat u l-Masters f’oqsma speċifiċi. 
Il-prospett jinsab onlajn.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri