Korsijiet ġodda fil-lingwi mill-ITS

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi nieda korsijiet qosra ġodda b’rabta mal-lingwi fl-industrija tat-turiżmu.
Barra minn hekk, lingwi barranin ġew introdotti wkoll bħala parti mill-kurrikulu ta’ korsijiet full-time.  Fost il-lingwi hemm ukoll il-Malti u l-Ingliż għall-barranin.
Il-korsijiet l-oħra huma  tat-Taljan, il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ispanjol, li huma mmirati speċifikament għal dawk li jaħdmu fil-qasam tal-ospitalità.
Dawk interessati jistgħu jikkuntattjaw l-ITS fuq registrar.its@gov.mt jew 23793233.
Aktar dettalji hawn.