Korsijiet f’Għawdex fosthom għall-koppji u dawk bit-tfal

Ir-relazzjoni ta’ koppja, kif iġibu ruħhom mat-tfal tagħhom, xi jfisser is-sagrament taż-żwieġ u kif wieħed isir jaf lilu nnifsu huma tliet korsijiet li l­-Kummissjoni Djoċesana Familja f’Għawdex se tkun qed torganizza matul l-ewwel ħmistax ta’ Lulju.

Dawn il-korsijiet se jkunu offruti bejn it­-Tnejn l-­1 ta’ Lulju u l­-Ġimgħa 12 ta’ Lulju. It-tliet korsijiet huma mmirati li jgħinu kemm lill-individwi kif ukoll lill-familja. Dawn il-korsijiet se jsiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-6.00pm u 8.30pm fl-Istitut tal-Familja, Papa Ġwanni Pawlu II, Triq Fortunatu Mizzi, Ir-Rabat Għawdex.

Kull min jixtieq jattendi dan il-kors jista’ jimla l-formola u jibgħatha fuq l-indirizz Kummissjoni Djoċesana Familja, Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II, Triq Fortunatu Mizzi, Rabat VCT 2579, Għawdex. Il-kors jiswa €30 għal kull applikant. Kull min nixtieq japplika jista’ jagħmel dan sas-27 ta’ Ġunju.