​Korsijiet dwar bejgħ onlajn għan-negozjanti Għawdxin

Sidien tan-negozju Għawdxin issa jistgħu jibbenefikaw mill-programm tal-kummerċ elettroniku Fast Track.
Dan il-kors li isir b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni għandu l-għan li jagħti l-ħiliet meħtieġa lill-operaturi tan-negozju, biex joħolqu l-pjattaformi tagħhom, biex isiru magħrufa mal-konsumaturi.
Waqt żjara lis-sidien tan-negozju fil-kumpless tal-artiġjanat f’Ta’ Dbieġi fil-limiti tal-Għarb, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li b’hekk il-prodott Għawdxi jkun jista’ jsir magħruf u jidħol fis-swieq virtwali.