Korsijiet b’xejn dwar l-ippjanar tas-suċċessjoni

Il-Bank of Valletta qed iniedi l-programm ta’ edukazzjoni tiegħu għall-2018. John Paul Abela, l-Investor Relations Officer tal-Bank of Valletta qali li l-Programm ta’ Edukazzjoni tal-BOV ta’ din is-sena huwa mmirat biex joħloq aktar għarfien dwar l-ippjanar tas-suċċessjoni, il-prokuri, il-kuntratti, il-garanziji, il-liġi tal-familja u r-reġimi matrimonjali. 
“Il-programm huwa sensiela ta’ preżentazzjonijiet dwar diversi suġġetti”, huwa qal, filwaqt li żied li “l-edukazzjoni hija fundamentali għall-iżvilupp u t-tkabbir. Il-Bank of Valletta għandu rwol sinifikanti fl-edukazzjoni, billi jinkoraġġixxi reġistrazzjoni ogħla u anke jippromwovi t-tagħlim għal kulħadd.”
“Il-programm se jittratta wkoll il-frodi b’kards ta’ kreditu u l-prevenzjoni tagħha, iċ-ċaħda tad-debitu, u l-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant”, kompla Abela.
Se jsiru erba’ korsijiet separati bejn Jannar u April 2018 f’postijiet differenti madwar Malta u Għawdex. Kull kors jikkonsisti f’sitt sessjonijiet ta’ sagħtejn il-waħda u se jiġu organizzati kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti.
Il-parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas, madankollu, billi l-postijiet huma limitati, wieħed għandu jibbukkja l-post tiegħu billi jikkuntattja lill-Investor Relations Office fuq (+356) 22757570 jew permezz tal-posta elettronika fuq iro@bov.com