Kors ieħor biex tikteb il-Malti bla żbalji

Nhar il-Ġimgħa li ġej se jagħlqu l-applikazzjonijiet għall-kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti offrut f’Malta u Għawdex mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
Dan il-kors universitarju part-time jibda fi Frar, hu twil sena u l-lezzjonijiet tiegħu jsiru darbtejn fil-ġimgħa, tliet sigħat kull darba.
Hu mfittex ħafna minn dawk li jużaw il-Malti f’xogħolhom fost l-oħrajn mill-ħaddiema tad-dipartimenti tal-Gvern, l-impjegati tal-banek, in-nies tax-xandir, is-segretarji tal-kunsilli lokali, l-edituri ta’ rivisti u fuljetti tal-parroċċi, u t-tradutturi li qed jaħdmu jew jixtiequ jaħdmu mal-Unjoni Ewropea.
Il-kors mhux biss iħarreġ lill-istudenti fl-ortografija u l-korrezzjoni tal-kitba bil-Malti, iżda jagħti opportunità li wieħed jiddiskuti u jifhem aħjar ir-regoli tal-Malti.  
Jekk tixtieq tapplika u għandek sa 23 sena irid ikollok il-kwalifiki normali biex tidħol l-Università u l-Malti fil-Livell Avvanzat sa grad Ċ. Jekk għandek aktar minn 23 sena, imma m’għandekx dawn il-kwalifiki, tista’ tapplika xorta waħda.
Il-kors f’Għawdex jiftaħ biss jekk jintlaħaq in-numru minimu ta’ applikanti eliġibbli.
Aktar dettalji dwar il-kors hawn jew ibgħat imejl fuq kunsilltalmalti@gov.mt