Kors ġdid tal-etika u l-politika se jibda f’Ottubru

Minn Ottubru li ġej se jiġu offruti 12-il kors ta’ formazzjoni Nisranija organizzati mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fil-Knisja.
Fost dawn il-korsijiet, hemm korsijiet ġodda li se jitrattaw l-etika u l-politika, l-evanġelizzazzjoni fl-era diġitali u t-tmexxija tal-kant liturġiku. 
Il-korsijiet offruti huma dawn:

  • The Human Experience of God in Prayer
  • Ethics & Politics: The Call to Public Life
  • Module on the Ministry of the Liturgical Cantor
  • General Education Award in Evangelisation
  • Higher Education Award in Evangelisation in a Digital Age
  • Higher Education Award in Family Ministry
  • Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry
  • Higher Education Award in the Liturgy
  • Higher Education Award in Parish Nursing
  • Higher Education Award in Catholic Social Teaching
  • Higher Education Award in Missiology
  • Higher Education Award in Christian Leadership

Dawn il-korsijiet huma lkoll akkreditati mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki. Il-prospektus għas-sena akkademika 2014/2015 jista’ jitniżżel mis-sit www.maltapfi.org.
Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat imejl fuq pfi@maltadiocese.org.
L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf uffiċjalment fl-2007, biex iwieġeb għas-sejħa li ħarġet mis-Sinodu Djoċesan, sabiex joffri formazzjoni lill-Insara għall-ħtiġijiet reali tas-soċjetà.