Kors ġdid għall-istudenti Għawdxin

Justyne Caruana Gozo

Read in English.

Kors ġdid għall-istudenti Għawdxin se jkun qed jippreparahom għal meta dawn jiġu biex jgħixu waħidhom f’Malta. Diversi żgħażagħ Għawdxin jiġu jgħixu Malta waqt l-istudji tagħhom u jkollhom jaffaċċjaw diversi sfidi li toffri l-ħajja indipendenti.

Il-kors li se jkun offrut għall-ewwel darba, jikkonsisti f’14-il lezzjoni u se jkun qed jimmira biex jeduka lill-istudenti fuq diversi aspetti ta’ għajxien indipendenti, fost oħrajn permezz tal-modi kif tipprepara ikel nutrittiv b’riċetti sempliċi li jieħdu ftit ħin ta’ preparazzjoni.

Il-kors se jkun offrut b’xejn u hu disponibbli minn fuq is-sit www.mgoz.gov.mt jew mill-mobile app ‘mygozo’. Il-kors tħabbar mill-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana waqt żjara li hija għamlet fis-Sixth Form ta’ Għawdex Sir Mikelanġ Refalo.