Kors ġdid għall-infermiera

L-Università ta’ Malta se toffri kors ta’ B.Sc. Nursing fil-kura għall-anzjani.
Dan il-kors part time ta’ sentejn jew tlieta, li se jibda f’Ottubru li ġej, jipprovdi kompetenzi speċifiċi u ħiliet fil-kura ta’ adulti anzjani lil infermiera kkwalifikati u jagħtihom ukoll kompetenzi aktar ġenerali.
Il-kors se jittratta suġġetti bħad-dimenzja, in-nutrizzjoni u l-farmakoloġija.
Huwa maħsub għal dawk li għandhom Higher Diplima in HealthScience (Nursing Studies) u Diploma in Health Science (Nursing Studies).
Min jiggradwa minn dan l-istudju jikseb kwalifika ta’ lawrja u speċjalizzazzjoni fl-infermerija tal-kura tal-anzjani.
L-isptar San Vinċenz de Paule se jisponsorja għadd ta’ impjegati għal dan il-kors.
L-applikazzjonijiet huma miftuħin sat-30 ta’ Awwissu.