Kors fl-MCAST jindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet fil-wirt kulturali

Read in English.

Il-kors Advanced Diploma in Cultural Heritage Skills qed jiġi offrut lill-istudenti tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) bl-għan li jissaħħaħ l-għarfien tal-istudent fil-wirt kulturali filwaqt li jindirizza n-nuqqasijiet fil-ħiliet fis-settur.

Il-kors ħareġ minn ftehim li sar bejn Heritage Malta u l-MCAST, u qed joffri wkoll esperjenza ta’ xogħol bħala parti mill-iskema tal-apprentistat mal-Heritage Malta. Permezz dal-ftehim iż-żewġ entitajiet se jkomplu jsaħħu r-relazzjoni ta’ kollaborazzjoni bejniethom.

Hemm diversi oqsma ta’ speċjaliżazzjoni u la darba l-istudenti jiggradwaw, jistgħu jsibu impjieg fil-qasam kulturali.