Kors b’xejn għall-anzjani dilettanti tat-teknoloġija

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, ħabbret kors ġdid li se joffri l-opportunità lill-anzjani Għawdxin jiskopru u jitgħallmu aktar dwar x’għandu x’joffri l-qasam tat-teknoloġija fil-ħajja ta’ kuljum.
Caruana qalet li l-impenn tas-segretarjat tagħha hu li jħabrek biex ikun hawn soċjetà inklussiva, u fost l-oħrajn dan ifisser ħidma fil-litteriżmu teknoloġiku.
Fost tagħrif dwar metodi teknoloġiċi ġodda, se jsir taħriġ dwar kif tuża xi apparat teknoloġiku.
L-EM Citizen se jingħata b’xejn mis-segretarjat, b’kollaborazzjoni tal-kumpanija TCTC.