​Korruzzjoni funerali: Ħelsien mill-arrest għal 3 irġiel

Tlett irġiel ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ġew akkużati b’rabta mal-każ ta’ informazzjoni dwar imwiet fl-isptar.
Illum fil-Qorti żewġt irġiel ġew akkużati li kkorrumpew lil raġel ieħor li kien jgħaddilhom informazzjoni personali. Dan tal-aħħar qed jiġi akkużat ukoll li aċċetta flus b’tixħim u talli sar riċediv.
L-arresti saru wara li raġel qal lill-Membri tal-Parlament Ewropew li jrid li titqajjem kuxjenza dwar il-prattiċi etiċi tal-kummissjonanti tal-funerali li skontu “jdejqu u jiffastidjaw lill-qraba tal-mejjet f’mument sensittiv u vulnerabbli”.
Fil-Qorti l-akkużati ngħataw il-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €10,000 il-wieħed.