“Korrott, giddieb” – Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ fil-konfront ta’ Cardona

Read in English.

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia sab lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-eks Ministru Chris Cardona.

Cardona qajjem il-każ ilbieraħ meta ġibed l-attenzjoni tal-Ispeaker u talab ruling fejn qal li fuq Facebook Azzopardi sejjaħlu giddieb u korrott.

Azzopardi fuq Facebook għamel referenza għall-battibek li seħħ fil-Parlament bejn l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u Simon Busuttil, fejn is-sessjoni kellha tkun sospiża. Busuttil kien reġa’ implika li Egrant hi ta’ Muscat.

Fl-istess ħin, Muscat għajjar ‘frodist’ lil Busuttil u implika li tant se tkun kbira l-mistħija ta’ Busuttil meta joħroġ ir-rapport Egrant li se jkollu jħalli l-pajjiż.  Hawn, Cardona nstema’ jgħid lill-Ispeaker biex iwaqqaf lil Busuttil.