​Korpi Dixxiplinati: L-abbozz ta’ liġi dwar sħubija f’unjin jgħaddi mit-Tieni Qari

L-abbozz ta’ liġi li jagħti d-dritt lil membri ta’ korpi dixxiplinati jissieħbu f’unjin tal-għażla tagħhom għadda mill-fażi tat-Tieni Qari fil-Parlament.
Issa jmiss li l-liġi tiġi diskussa fi stadju ta’ Kumitat u mbagħad mit-Tielet Qari. Wara l-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, il-liġi tidħol fis-seħħ.
Il-Parlament, fis-seduta tal-lejla, kompla bid-diskussjoni dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi. Id-diskussjoni mistennija tieħu għadd ta’ seduti sakemm tintemm il-fażi tat-Tieni Qari.