Korea t’Isfel: Tiftaħ mill-ġdid l-iskola li kienet tilqa’ l-istudenti li mietu

L-iskola tal-Korea t’Isfel li fiha kienu jattendu l-istudenti li mietu fit-traġedja tal-vapurett, reġgħet fetħet biex tilqa’ l-istudenti. 
Aktar minn 300 student minn Danwon High School f’Seoul kienu fuq il-vapurett li għereq il-ġimgħa li għaddiet. Il-maġġoranza tal-istudenti mietu, jew għadhom ma nstabux. Il-vapurett kien qed ibaħħar bejn Incheon u l-gżira ta’ Jeju. S’issa, 160 student huma kkonfermati li mietu. Abbord kien hemm 476 persuna, bil-vapur jgħereq sagħtejn wara li ħareġ l-ewwel allert.