Kor Għawdxi parti minn opra f’Taormina

Il-kor Għawdxi Gaulitanus jinsab fi Sqallija biex jipparteċipa fl-opra La Boheme ta’ Puccini fit-Teatro Antico, li hija parti mill-Festival Belliniano li qed isir f’Taormina.
Il-kor Gaulitanus bi 48 membru taħt id-direzzjoni ta’ Mro Colin Attard se jkun qed jingħaqad mal-kor tat-tfal Biancosuono minn Messina, immexxija minn Agnese Carrubba.
Waqt li din hija l-ewwel darba li kor Malti pparteċipa fi produzzjoni operistika barra minn Malta, il-kor Gaulitanus qed iqis dan bħala l-bidu ta’ kollaborazzjoni mal-Assocazione Festival Euro Mediterraneo.
L-opra taħt id-direzzjoni ta’ Enrico Castiglione, qed tintwera fuq it-televixin u fis-swali taċ-ċinema f’diversi pajjiżi madwar id-dinja.