Koppji Maltin dalwaqt jistgħu jaddottaw mill-Bulgarija

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca saħqet li wara x-xogħol bejn l-awtoritajiet Maltin u Bulgari, koppji Maltin dalwaqt se jkunu jistgħu jaddottaw mill-Bulgarija.
Il-President, li bħalissa tinsab fuq żjara statali fil-Bulgarija, iddiskutiet dan is-suġġett mad-Deputat Prim Ministru tal-Bulgarija responsabbli mir-Riforma Ġudizzjarja u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ekaterina Zakharieva.
Coleiro Preca żaret ukoll il-Librerija ta’ Sofia fejn preżentat kopji tal-ktieb ta’ Samuel, ‘Samuel and the Magic Tooth’ u l-ktieb ‘Juliet discovers wellbeing in the President’s Secret Garden’ lit-tfal li kien hemm preżenti, kif ukoll kopji għall-istess librerija.
Il-Librerija ta’ Sofia u l-Aġenzija Maltija Nazzjonali tal-Litteriżmu jaħdmu flimkien fuq bażi regolari fuq diversi programmi u inzjattivi edukattivi.
Ritratti: DOI-Kevin Abela