Koppji jingħataw il-visa biex imorru l-Indja għall-ulied addottivi tagħhom

Tfal Indjani neqsin mill-ikel qed ikunu megħjuna mill-Caritas

Familji Maltin li ilhom jistennew xhur biex jingħaqdu mal-ulied addottivi tagħhom u jinsabu jistennewhom fl-Indja issa se jkunu jistgħu jmorru u jiltaqgħu magħhom. Dan wara li fl-aħħar ħin ingħataw il-visas biex ikunu jistgħu jmorru l-Indja.

F’kitba fuq Facebook l-Aġenzija li tieħu ħsieb l-adozzjonijiet mill-Indja, l-Aġenzija Tama, ħabbret li sa fl-aħħar dawn il-ġenituri ngħataw il-visa u se jkunu jistgħu jħaddnu lil uliedhom magħhom.

Fl-aħħar xhur, bosta kienu dawk il-ġenituri li kienu jinsabu inkwetati minħabba li ma setgħux imorru l-Indja jiltaqgħu mat-tfal tagħhom. Dawn il-ġenituri spjegaw li l-proċess kollu tal-adozzojoni kien lest u l-unika ħaġa li kienu qegħdin jistennew kienet il-visa biex ikunu jistgħu jidħlu fil-pajjiż.

L-approvazzjoni biex tingħata l-visa lil dawn ġenituri waqqfet hekk kif faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19.

L-Aġenzija Tama rringrazzjat lill-awtoritajiet ikkonċernati għax-xogħol li wettqu sabiex issa dawn il-ġenituri jistgħu jmorru u jiltaqgħu ma’ wliedhom. Huma rringrazzjaw ukoll lill-ġenituri għall-perseveranza li wrew f’dawn il-mumenti ta’ sfida.

https://www.facebook.com/plugins/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2FAgenzijaTama%2Fposts%2F1688983324612616&width=500