“Koppji faċilment jinfirdu meta jidħlu fi djar tal-anzjani”

Koppji anzjani faċilment jiġu mifruda meta jiġu biex jidħlu fi djar tal-anzjani.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonniċi.
Farrugia qal li għalkemm talbiet minn koppji biex jidħlu fi djar tal-anzjani jiġu kkunsidrati sa fejn ikun possibbli, mhux dejjem ikun possibbli li dawn jintlaqgħu hekk kif id-deċiżjoni dwar liema f’liema dar tal-anzjani tiddaħħal persuna hi ddeterminata mill-ħtieġa u l-livell ta’ dipendenza tal-anzjan jew anzjana. Jekk il-livell ta’ dipendenza tvarja bejn ir-raġel u l-mara, allura l-anzjani jiddaħħlu fi djar differenti.