Koppja vulnerabbli għandha bżonn l-għajnuna tiegħek biex tiżżewweġ

Angele Camilleri

Angele Camilleri, il-kunsilliera inkarigata mill-qasam soċjali f’Ħaż-Żabbar, tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha biex tgħin dawk li huma fil-bżonn.

Wieħed mill-appelli l-aktar riċenti tagħha huwa biex tgħin koppja vulnerabbli twettaq il-ħolma tagħha u f’Awwissu li ġej tiżżewweġ.

Iżda s-sitwazzjoni jidher li mhxu waħda faċli u għaldaqstant Angele Camilleri elenkat il-bżonnijiet meħtieġa biex ix-xewqa ta’ din il-koppja ssir realtà nhar it-28 ta’ Awwissu.

Ser nifthu fond ghall dawn il koppja li ghandhom vulnerabbilita severa li l- holma taghhom hija li jizewwgu fit 28 ta'…

Posted by Angele Camilleri on Monday, January 11, 2021

Jekk tista’ tgħin ikkuntattja lil Angele permezz tal-paġna tagħha fuq Facebook. Jistgħu jsiru wkoll donazzjonijiet permezz ta’ Revolut jew BOV mobile fuq 99067562.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn