Koppja tinqabad tisraq minn karozzi

Raġel u mara kienu arrestati ftit wara li l-pulizija kienet infurmata li żewġ persuni kienu qed jisirqu minn karozza. Il-każ seħħ dalgħodu għal ħabta tal-4 am, fi Triq il-Burdnar, Qormi.

Membri tar-Rapid Intervention Unit, li kienu l-ewwel fuq il-post, sabu il-koppja fil-viċinanzi t’erba’ vetturi sgassati.

Ir-raġel, ta’ 35 sena, minn Birkirkara, u l-mara, ta’ 29 sena, mill-Fgura, kienu arrestati għal aktar stħarriġ.