Koppja mill-Belt arrestata fuq droga

Koppja Maltija ġiet arrestata mill-Pulizija wara li nstabu fil-pussess tad-droga.
Wara ġimgħat ta’ osservazzjoni, il-Pulizija arrestat lil raġel ta’ 30 sena u mara ta’ 38 sena, it-tnejn mill-Belt Valletta.
Huma nqabdu b’diversi qratas bi trab abjad u kannella, allegatament kokaina u eroina, li kienu jidhru li lesti għat-traffikar.
Instabu wkoll miżien elettroniku u oġġetti oħra, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti li allegatament daħħlu mill-istess attività kriminali.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet u hu maħsub li għada ż-żewġ persuni se jitressqu l-Qorti b’arrest.