Koppja meħlusa mill-akkużi ta’ moħqrija tal-annimali

Koppja li għandha 49 kelb inħelset mill-akkużi ta’ moħqrija fuq l-annimali.
Fl-2012 il-koppja kienet akkużata li mhux trabbi l-annimali kif inhu xieraq u għalhekk bdew isoffru tbatijiet bla bżonn.
Uffiċċjali għall-ħarsien tal-annimali kienu marru d-dar tal-koppja u ħadu l-klieb. Huma kienu ttieħdu fir-razzet tal-Gvern f’Għammieri fejn kien instab li l-annimali kienu b’saħħithom għajr wieħed minnhom.
Fil-Qorti nstema’ li l-koppja kienet tħobb l-annimali. Għaldaqstant il-Qorti ħelsietha mill-akkużi kontriha.