Koppja Maltija tgħaddi għall-finali f’San Marino

Koppja Maltija kisbet is-sitt post u għaddiet għall-finali f’kompetizzjoni f’San Marino fl-Italja. Michael u Doreen Scerri huma kkunsidrati l-aqwa fil-kategorija tagħhom taż-żfin f'Malta. 
 
F’din il-kompetizzjoni, li kienet miftuħa għal nies minn madwar id-dinja kollha, ħadu sehem 46 koppja. 
 
L-għalliem ta’ din il-koppja hu Chris Zammit, għalliem internazzjonali tas-żfin.