​Koppja Maltija fl-ewwel post f’kompetizzjoni taż-żfin

Il-koppja Maltija Jean-Claude Dimech u Karina Micallef ġew l-ewwel fil-kategorija Klassi D fid-dixxilpli tal-Latin American u Standard (ballroom).
Huwa kienu qed jieħdu sehem fil-kompetizzjoni Trofei Low Cost taż-żfin f’Ferrara, l-Italja. Fiha hadu sehem madwar 260 koppja, minn tfal sa anzjani. Dimech u Micallef, li ddebuttaw għall-ewwel darba ħadu sehem fis-sezzjoni 34/44. Huma ġew ukoll it-tieni fil-kategorija Klassi C. Ingħataw ukoll rikonoxximent bħala koppja barranija.
Dimech u Micallef jagħmlu parti mill-Iskola taz-żfin Jean Claude’s Je Danse.