Koppja attakkata fl-Awstralja; ir-raġel jitlef ħajtu

msn.com

Colin Saliba, Lebaniż li joqgħod l-Awstralja, tilef ħajtu wara li ġie attakkat f’daru f’Cherrybrook. Martu qed tissielet għal ħajjitha l-isptar.

ABC News irrapporta illi l-koppja ġiet attakkata f’darha jumejn ilu, ftit wara nofsillejl, minn żewġ irġiel mgħammdin li heddew lil Colin u Josephine Saliba, u mbagħad attakkawhom.

Colin Saliba kellu 86 sena u martu għandha 84 sena. Hija qiegħda f’kundizzjoni serja imma stabbli. Il-koppja ttieħdet Westmead Hospital bi ġrieħi serji f’rashom, iżda r-raġel tilef ħajtu ftit wara.

Il-Pulizija temmen li l-vittmi kienu fil-mira tal-aggressuri u qed tinvestiga x’setgħet kienet ir-raġuni għall-attakk. Xejn ma jidher li nsteraq mid-dar. Il-ġirien tal-koppja ma jistgħux jifhmu kif il-koppja Saliba setgħet kienet fil-mira ta’ xi attakk, peress li ddeskrivewhom bħala nies ta’ qalb tajba.

L-aggressuri għadhom ma nqabdux mill-pulizija.