Koppja Ingliża tirringrazzja lill-pulizija għall-mod kif solvew il-każ

Il-koppja mir-Renju li sfat aggredita fis-satra tal-lejl u attakkata bil-ġebel f’Għawdex irringrazzjat lill-pulizija għal mod spedit li bih imxiet fil-investigazzjonijiet tagħha biex jinqabdu l-ħatjin.

F’messaġġ li bagħtu lill-korp tal-pulizija, huma qalu li “il-mod spedit kif il-każ kien deċiż iġib fix-xejn is-sistema ġudizzjarja fir-Renju Unit.”

Appreciation message we have recently received from the victims of the mugging case which happened in Xaghra Gozo on the…

Posted by The Malta Police Force on Wednesday, October 2, 2019
Il-messaġġ li deher fuq il-facebook page tal-Pulizija

Fit-22 ta’ Settembru, il-koppja, Deborah Aitkenhead ta’ 55 sena u Michael Dreadshaw ta’ 58 sena sfaw aggrediti minn żagħżugħ Kolumbjan ta’ 29 sena. Sergio Andres Guzman Auilar, ġie kkundannat 5 snin ħames.

Aġġornata (2): Raġel arrestat wara li attakka koppja b’ġebla fix-Xagħra

Il-koppja qalet li apprezzat il-mod kif fi temp ta’ ftit jiem il-każ kien solvut u fuq is-sit tal-Facebook tal-Pulizija rringrazzjat lil kulmin kien involut lill- fl-investigazzjoni.

“Ma nistgħux nirringrazzjawkom aktar tal-għajnuna. Ħerqanin biex nirritornaw Għawdex ħalli nirringrazzjawkom wiċċ imb’ wiċċ.”