Koppja għal ħabs għax serqu mill-pompi tal-petrol

Read in English.

Koppja żgħażugħa se jkunu qed jiskontaw iktar minn tlett snin ħabs bejnithom wara li l-Qorti sabithom ħatja li wettqu sensiela ta’ serqiet minn pompi tal-petrol li jinsabu fl-Imsida u f’Birkirkara. Il-Qorti ordnat biex ir-raġel għal 18-il xahar ħabs u multa ta’ €500, u lil mara għal 14-il xahar. It-tnejn li huma jridu jsegwu programm ta’ rijabilitazzjoni.

Huma nstabu wkoll fil-pussess ta’ droga eroina u li kissru l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest f’każijiet preċedenti.

Il-koppja għandhom ukoll tarbija ta’ ftit xhur li ttieħditilhom b’ordni ta’ ħarsien.

It-tnejn li huma bdew jagħmlu użu mid-drogi minn età żgħira u kienu diġa xellfu duffrejhom mal-liġi. Huma tpoġġew taħt Ordni ta’ Trattament bil-għan li tgħinhom jgħelbu l-vizzju tad-droga.