Koppja b’tarbija arrestata meta ppruvat titlaq b’dokumenti foloz

Read in English.

Koppja b’tarbija ġiet arrestata meta ppruvat titlaq  minn Malta b’dokumenti foloz.

Ir-raġel mis-Sudan ta’ 30 sena u l-mara mill-Eritrea ta’ 20 sena ammettaw l-akkużi miġjuba kontrihom. Huma ġew akkużati li ppruvaw jitilqu minn Malta bil-katamaran b’passaporti Norveġiżi foloz.

Il-mara qalet lill-Qorti li ma kinitx taf li l-passaporti huma foloz. Ir-raġel qal li nduna li l-passaporti kienu foloz meta ppreżentahom biex jitla’ fuq il-katamaran.

Ir-raġel weħel sentenza ta’ sitt xhur ħabs. Il-mara weħlet sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn u ġiet imwissija dwar ir-responsabbilità li għandha biex tieħu ħsieb lit-tarbija.