Koppja arrestata f’Għawdex wara argument vjolenti

Koppja residenti Ta’ Sannat qed tinżamm mill-Pulizija ta’ Għawdex għal iktar investigazzjonijiet, wara li lbieraħ kemm ir-raġel kif ukoll il-mara sofrew xi ġrieħi u ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, li ġiet ikkonfermata minn kelliema għall-Pulizija, l-argument vjolenti seħħ fir-residenza tagħhom għall-ħabta tal-5 tal-Ħadd filgħodu. Huwa mifhum li għada ż-żewġ persuni se jitressqu l-Qorti b’arrest.

Newsbook.com.mt huwa infurmat li fil-ġimgħat li għaddew, ir-raġel, li huwa Ingliż tressaq il-Qorti dwar vjolenza domestika fuq is-sieħba tiegħu.