Filmat: Koppja anzjana Maltija tmut f’inċident tat-traffiku

Read in English.

Fl-Awstralja, raġel ta’ 22 sena mistenni jitressaq il-Qorti , akkużat bl-qtil ta’ żewġ anzjani Maltin li jgħixu l-Awstralja iżda orinġinarjament mill-Mosta.

9News qed jirraporta li Frank u Carmen Sant ta’ 83 u 81 sena rispettivament mietu f’inċident tat-traffiku fil-punent ta’ Sydney il-bieraħ għal ħabta tal-10pm kkawżat minn guvni ta’ 22 sena li saq il-karrozza tiegħu b’mod traskurat u li kkawża l-mewt tal-anzjani.

Il-karrozza tal-anzjani daret fl-arja u nstabtet ma’ grada tal-ħadid f’inċident orribbli b’Carmen tinqabad ġol-karrozza u mietet fuq il-post waqt li Frank miet l-isptar ta’ Westmead ftit wara minħabba ġrieħi li ġarrab.

L-inċident seħħ ftit minuti ‘il bogħod mid-dar tagħhom.

Filmat: 7NEWS