Koppja Amerikana tħalli t-tewmin bl-awtiżmu magħluqa f’Kantina

Il-Qorti Amerikana f’Washington arrestat koppja akkużati li qaflu t-tfal tewmin f’kantina fid-dar tagħhom. It-tewmin għandhom 22 sena u jbatu mill-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Quddiem il-Qorti nstema’ kif fil-kantina ma kienx hemm la għamara u lanqas dawl.
Il-kantina kellha riħa ta’ urina u d-dawl kien jidħol biss permezz ta’ tieqa ċkejkna.
Il-bieb li jagħti għall-kantina kien msakkar b’katnazz oħxon.