Kooperazzjoni akbar bejn Malta u l-Italja f’diversi oqsma

Mistennija tikber il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla Taljani u dawk Maltin wara li ġie ffirmat il-15-il ftehim dwar il-kultura u l-edukazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-ftehim jimmira li jżid l-għarfien bejn il-komunitajiet taż-żewġ pajjiżi permezz ta’ aktar żvilupp fuq il-fondazzjonijiet ekonomiċi u diplomatiċi li diġà kienu jeżistu minn qabel.
Oqsma oħra li fihom huwa indikat ammont akbar ta’ kooperazzjoni jinkludu l-mużika, pubblikazzjonijiet u r-restawr tal-arti.
Il-Minsitru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li hemm rabta speċjali bejn Malta u l-Italja u li ż-żewġ stati se jiċċelebraw l-għeluq ta’ 50 sena ta’ relazzjonijiet diplomatiċi flimkien.
Ritratti: MFTP – John Pisani