“Konvint li bħal-lum sena tkun qed tħares lura b’sodisfazzjon” – Joseph lil Antonella

Antonella Galea Loffreda u Joseph Galea

Ġurnata speċjali għall-attriċi u preżentatriċi Antonella Galea Loffreda li llumqed tiċċelebra għeluq it-43 sena tagħha. Twieldet bħal-lum id-29 ta’ Settembru tal-1977.

“Kulħadd jgħid li din is-sena jixtieq jikkanċellaha… mhux għeluq sninek ta! Apparti l-Covid din kienet għalik sena ta’ deċiżjonijiet u opportuntajiet. Ninsab konvint li bħal-lum sena ser tkun qed tħares lura b’sodisfazzjon għaliex int tħabrek f’kull ma tagħmel, anzi taħdem aktar milli jmissek u fuq kollox ġenwina. Għaldaqstant nawguralek f’għeluq sninek u sena mimlija b’dak li tixtieq…għax jixraqlek verament. Jien u Martina mhux warajk ta, imma dejjem maġenbek u miegħek f’kull ma tagħmel għax inħobbuk ħafna,” kiteb fil-messaġġ tiegħu ta’ awgurju żewġha l-attur Joseph Galea. Il-koppja għandhom ukoll tifla, iż-żeffiena u kantanta Martina Galea Loffreda.

Kulħadd jgħid li din is-sena jixtieq jikkancellaha…mhux għeluq sninek imma ta Antonella Galea Loffreda 😃 MA TISTAX 😝…

Posted by Joseph Galea on Monday, September 28, 2020

Lil Antonella f’dan l-istaġun televiżiv se nkunu qed narawha mill-ġdid tippreżenta l-programm Il-Kelma kif ukoll bħala attriċi fis-sensiela Division 7. Dan minbarra li issa se tkun qed tmexxi programmi tar-radju fuq Campus FM.

Antonella hija wkoll attriċi tat-teatru li matul is-snin ħadmet fi produzzjonijiet bħal Annimali Lkoll Aħna, Mara tal-Ebda Importanza, L-Armla li Jilħqilha, Iż-Żewġ Ġentlomi ta’ Verona, Ulied Breshnev, Faust, Raging Bulll u Mill-Pulena sal-Provenz.

Fuq it-televiżjoni rajnieha f”sensiliet ta’ drama bħal Il-Pesta 1813, Anġli, F’Baħar Wieħed, Delitti Maltin u Żafira. Kellha wkoll parti fil-film għaċ-ċinema Xrar.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha, u aktar suċċessi fil-proġetti li għandha f’dan l-istaġun.

Antonella u Joseph flimkien ma’ binthom Martina

Awguri Antonella!