Kontroversja preċett: L-Arċisqof irid jiltaqa’ mal-familja

Arkivji

L-Arċisqof Charles Scicluna wera x-xewqa li jiltaqa’ mal-familja tat-tifla bl-awtiżmu, li qed jiġi rrappurtat li ma ngħatatx ċertifikat tal-preċett għax ma tqarbnitx.

Kelliem għall-Kurja qal ma’ Newsbook.com.mt li l-Arċisqof ma kienx infurmat dwar dan il-każ. Żied jgħid li għall-Arċisqof sitwazzjonijiet bħal dawn jitqiesu u jiġu ttrattati b’sensittività kbira.

Il-kelliem iċċara li d-diżabilità ma timpedix individwu milli jirċievi l-Ewwel Tqarbina, tant li persuni b’diżabilità jirċievu l-Ewkaristija regolarment. Fisser li dawn jinkludu tfal bl-awtiżmu li jirċievu l-Ewkaristija wara l-preparazzjoni meħtieġa.