Kontroversja għal Google…ċajta mhux f’lokha għall-1 t’April

Il-Google kellha tirtira buttuna li daħħlet fuq Gmail ilbieraħ bħala ċajta tal-1 t’April.
Ilbieraħ Google daħħlet buttuna “Ibgħat” ħdejn kull email, li malli tingħafas, tibgħat ukoll animazzjoni ta’ Minion qed iwaqqa’ mikrofonu.
Dan il-ġest huwa magħruf bħala “DropMic” li jintuża biex persuna tgħaddi messaġġ konklussiv wara li tagħmel diskorsata tajba.
Il-kelliem imbagħad iwaqqa’ l-mikrofonu mal-art apposta u jitlaq ‘l hemm.
Google skużat ruħha u rtirat din l-animazzjoni wara li persuna allegat li tilfet xogħolha wara li bagħtet din l-animazzjoni bi żball ma' email lill-boss tagħha.
Google qalet li ċ-ċajta tal-1 t’April saret fuqha stess għax din ħolqot iktar inkwiet milli tbissimiet.
Qalet li kull min juża Gmail, seta’ jneħħi din l-animazzjoni billi jaqgħlaq u jerġa’ jiftaħ il-Gmail tiegħu.