Kontroversja fit-trasferiment ta’ Di Maria

Il-plejer Arġentin ta’ PSG Angel Di Maria spiċċa fiċ-ċentru ta’ kontroversja wara sensiela ta’ spekulazzjonijiet li diġà kienu għamluh plejer ta’ Barcelona.
Fil-fatt matul il-ġurnata tal-bieraħ hacker daħal fil-profil ta’ Twitter tal-Katalani u kiteb li Di Maria huwa plejer ta’ Barcelona.
Madankollu d-diriġenti Spanjoli ċaħdu din l-aħbar.
Minkejja kollox il-president ta’ PSG Nasser Al-Khelaifi jrid ibigħ lill-attakkant Arġentin bil-kowċ Emery li ma jixtiqx dan kollu.
Qed tissemma’ s-somma ta’ €50 miljun għall-akkwist ta’ Di Maria li wera x-xewqa li jingħaqad ukoll mal-Pariġini.
Din il-kobba mħabbla tista’ tinħall fis-sigħat li ġejjin hekk kif id-diriġenti taż-żewġ timijiet mistennija jiltaqgħu biex jiftiehmu dan it-trasferiment.