Kontroversja dwar il-post ta’ Muscat fir-ritratt tal-Kunsill Ewropew

Read in English.

Il-pożizzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat fir-ritratt tal-mexxejja tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt is-summit tal-Kunsill Ewropew qajjem kontroversja fuq Facebook. Peter Agius, eks-kandidat għall-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista innota l-pożizzjoni ta’ Muscat fir-ritratt bħala pass lura għall-Prim Ministru Malti.

Diversi kitbu dwar dan li jkun imsejjaħ “ir-ritratt tal-familja”. Uħud qablu ma’ Agius u oħrajn ikkritikawh. 

Newsbook.com.mt qiegħed juri  uħud minn dawn “ir-ritratti tal-familja” biex il-qarrejja jkunu jistgħu jqabblu huma u jażlu għad-deċiżjoni tagħhom.

Newsbook.com.mt kien infurmat li diversi mexxejja urew skumdita bil-preżenza ta’ Muscat minħabba x-xhieda li ħarġet fil-Qorti dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Sadanittant id-Dipartiment tal-Informazzjoni bagħat diversi ritratti ta’ Dr Muscat ma’ wħud mill-mexxejja Ewropej li ħadu sehem fis-summit.